Type: Korpi Maħtura Uffiċjalment

Kunsill għall-Anzjani

NGĦARRFU għall-informazzjoni ta’ kulħadd illi bis-saħħa tas-setgħat mogħtija bl-artiklu 12 (1) tal-Att dwar il-Kummissarju għall-Anzjani (Kap. 553), u għall-finijiet ta’ dak l-Att, il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanita’ Attiva ħatar lis- Sur Joe Vella Caruana bħala membru flok is-Sur Charles Farrugia fil-Kunsill. F’dan r-rigward, il-Kunsill għall-Anzjani preżenti huwa kompost kif ġej:


Chairperson:
Dr Mary Vella

Membri:
Sur Joe Vella Caruana
Sa Mary Farrugia
Dr Brian Farrugia
Prof Marvin Formosa
Sur Peter Paul Bonnici
Sa Olympia Galea

Dawn il-ħatriet huma validi sad-19 ta’ Lulju 2022.

Malta Laboratories Network

Il-missjoni tal-Malta Laboratories Network hija li jiżviluppa u jsostni s-servizzi tal-laboratorji f’Malta permezz ta’ mudell uniku ta’ kooperazzjoni bbażat fuq it-trawwim tal-innovazzjoni, l-iskambju tar-riżorsi u l-għoti tas-setgħa lill-partijiet ikkonċernati biex isolvu l-problemi tad-dinja reali.

Għanijiet tal-Malta Laboratories Network

  • Li jiffoka fuq l-iżvilupp, il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tas-servizzi tal-laboratorji f’Malta;
  • Li jindirizza kwistjonijiet strateġiċi ewlenin għan-netwerk, bħat-taħriġ, il-ġestjoni tal-kwalità u s-servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni;
  • It-tisħiħ tal-iżvilupp u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-iskambju ta’ informazzjoni;
  • Li jsir investiment fir-riżorsi tal-laboratorji biex jissaħħu s-sostenibbiltà u l-innovazzjoni;
  • Li jiġi żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tar-riżorsi fin-netwerk kollu.

Il-ftuħ li jmiss:

  • Award fis-Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Kwalità
  • Award fil-Proċessi tal-Awditjar
  • Award fil-Ġestjoni tar-Riskju
  • Award għal Distribuzzjoni ta’ Prattiki Tajbin ta’ Apparat Mediku

Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Persuni Anzjani

Il-Kummissarju bena rabtiet ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati, li jistgħu jkunu involuti direttament jew indirettament fi kwistjonijiet li jikkonċernaw anzjani f’Malta L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Persuni Anzjani jemmen bis-sħiħ li sabiex ikun aktar effettiv f’qasam bħal dan, wieħed irid jaħdem bħala tim. Il-prijorità tal-Kummissjoni hija li l-persuni anzjani ghandhom jibqgħu siguri, b’saħħithom u indipendenti u jgħixu ħajja ta’valur, sens u skop. L-għan tal-Kummissjoni hi li tikseb aktar rispett għad-drittijiet u d-dinjità tal-persuni anzjani fl-oqsma kollha tal-ħajja billi jiġu indirizzati l-preġudizzji, l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni.