Jo Etienne Abela was born in Gozo on 29 November, 1975. He lives in Sliema, married and has three children.

Attended Sir Arturo Mercieca Primary School in Victoria, Ninu Cremona – Junior Lyceum Complex and sixth form Sir Michelangelo Refalo, all in Gozo.

He studied medicine and surgery at the University of Malta between 1993 and 1999 where he later worked as a medical doctor at St Luke’s Hospital.

He moved to Scotland in 2003 to further his studies. During his stay in Glasgow he became a Consultant of surgery where he was the youngest surgeon in the whole country. He then specialized on the esophagus and  the pancreas.

He returned to Malta in 2012 and a year later began working at Mater Dei Hospital, Gozo Hospital and also as a visiting lecturer at the University of Malta.

Professor Jo Etienne Abela has held administrative positions as Deputy Head of the Department of Surgery and Lead Clinician in the High Dependency Unit, endoscopy and pancreatic disease. He also serves as an IST at the Royal College of Surgeons in Edinburgh and is a college and a Union Européenne des Médecins Spécialistes (UEMS) examiner in surgery.

He contested the General Election of March 2022 on the 10th and 13th electoral districts and after being elected, was appointed Minister for Active Ageing in the Government led by Prime Minister Robert Abela.

Jo Etienne Abela twieled fid-29 ta’ Novembru, 1975 f’Għawdex. Joqgħod Tas-Sliema, miżżewweġ u missier ta’ tliet itfal.

Attenda l-iskola primarja Sir Arturo Mercieca fir-Rabat, Ninu Cremona – Junior Lyceum Complex u s-sixth form Sir Michelangelo Refalo, ilkoll f’Għawdex.

Studja l-mediċina u l-kirurġija fl-Università ta’ Malta bejn l-1993 u l-1999 fejn imbagħad ħadem bħalha Tabib fl-isptar San Luqa.

Fl-2003 mar l-Iskozja fejn kompla bl-istudji tiegħu. Kemm dam Glasgow laħaq konsulent tal-kirurġija fejn kien l-iżgħar kirurgu fil-pajjiż kollu. Speċjalizza dwar il-kundizzjonijiet tal-pajp tal-ikel u anke tal-frixa.

Ġie lura Malta fl-2012 u sena wara beda jaħdem fl-isptar Mater Dei, fl-isptar t’Għawdex u anke bħala ‘visiting lecturer’ fl-Università ta’ Malta.

Il-Professur Jo Etienne Abela qeda l-funzjonijiet amministrattivi bħala Deputat Kap tad-Dipartiment tal-Kirurġija u Lead Clinician fil-High Dependency Unit, endoskopija u mard tal-frixa. Iservi wkoll fl-irwol ta’ International Surgical Tutor for Malta  tar-Royal College of Surgeons f’Edinburgh kif ukoll huwa eżaminatur tal-kulleġġ u tal-Union Européenne des Médecins Spécialistes (UEMS) fil-kirurġija.

Ikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali ta’Marzu 2022 fuq l-10 u t-13-il distrett u wara li kien elett, inħatar Ministru għall-Anzjanitá Attiva fil-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela.