Scroll to top

Dr Deo Debattista twieled fl-24 ta’ Lulju 1963. Huwa qatta’ tfulitu u żogħżitu fil-Belt Valletta flimkien mal-ġenituri tiegħu, Carmen u John, u ma’ ħuh iż-żgħir Charles. Huwa beda l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ San Albert il-Kbir fil-Belt Valletta, kompla l-istudji tiegħu fil-Liċeo l-Gdid Ġan Franġisk Abela u fl-Università ta’ Malta, minn fejn iggradwa bħala tabib fil-Mediċina u l-Kirurġija fl-1988.

Dr Debattista ilu attiv fil-politika mill-2012. Huwa kkontesta b’suċċess l-ewwel Elezzjoni Ġenerali tiegħu fl-2013 u, sal-lum, ġie elett mill-Ewwel Distrett Elettorali. Bejn l-2017 u l-2022, huwa ġie fdat bil-kariga ta’ Segretarju Parlamentari responsabbli minn Valletta 2018, il-Ħarsien tal-Konsumatur, it-Tindif Pubbliku, l-Awtorità Maltija għall-Mediċini, in-Network tal-Laboratorji ta’ Malta, il-Bord Nazzjonali tal-Akkreditament u l-Protezzjoni tad-Data.

It-tabib Deo Debattista, li ħadem dejjem bħala tabib tal-familja, huwa wkoll assessur mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. F’Ġunju 2026, huwa nħatar Segretarju Parlamentari għal Anzjanità Attiva.

Huwa miżżewweġ lil Monica u missier ta’ żewġ ulied, André u Emma.

anzjanita attiva

Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.