Il-Kummissarju bena rabtiet ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati, li jistgħu jkunu involuti direttament jew indirettament fi kwistjonijiet li jikkonċernaw anzjani f’Malta L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Persuni Anzjani jemmen bis-sħiħ li sabiex ikun aktar effettiv f’qasam bħal dan, wieħed irid jaħdem bħala tim. Il-prijorità tal-Kummissjoni hija li l-persuni anzjani ghandhom jibqgħu siguri, b’saħħithom u indipendenti u jgħixu ħajja ta’valur, sens u skop. L-għan tal-Kummissjoni hi li tikseb aktar rispett għad-drittijiet u d-dinjità tal-persuni anzjani fl-oqsma kollha tal-ħajja billi jiġu indirizzati l-preġudizzji, l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni.

FacebookTwitter