Il-Kummissarju bena rabtiet ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati, li jistgħu jkunu involuti direttament jew indirettament fi kwistjonijiet li jikkonċernaw anzjani f’Malta L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Persuni Anzjani jemmen bis-sħiħ li sabiex ikun aktar effettiv f’qasam bħal dan, wieħed irid jaħdem bħala tim. Il-prijorità tal-Kummissjoni hija li l-persuni anzjani ghandhom jibqgħu siguri, b’saħħithom u indipendenti u jgħixu ħajja ta’valur, sens u skop. L-għan tal-Kummissjoni hi li tikseb aktar rispett għad-drittijiet u d-dinjità tal-persuni anzjani fl-oqsma kollha tal-ħajja billi jiġu indirizzati l-preġudizzji, l-inugwaljanza u d-diskriminazzjoni.
Għaddej ix-xogħol fl-ewwel sular tal-binja tal-Kunsill Lokali tal-Furjana. Liema xogħol qed jibdel parti minn dan is-sular li ma kienx qiegħed jintuża f’Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-anzjani li jgħixu fil-komunità. Dan il-proġett huwa parzjalment iffinanzjat minn Fondi Norveġiżi u l-għan tiegħu hu sabiex fil-komunità tal-Furjana jinħoloq spazju fejn l-anzjani jħossuhom aktar parteċipi fil-komunità.
MaltaGov | Gvern Lokali | Fondi Ewropej
... See MoreSee Less

Ikkuntattjana
Indirizz
44,
Ordinance Street,
Valletta
Tel
2590 3022
cfop.msca@gov.mt
Array ( [facebook] => [twitter] => [instagram] => )