Il-missjoni tal-Malta Laboratories Network hija li jiżviluppa u jsostni s-servizzi tal-laboratorji f’Malta permezz ta’ mudell uniku ta’ kooperazzjoni bbażat fuq it-trawwim tal-innovazzjoni, l-iskambju tar-riżorsi u l-għoti tas-setgħa lill-partijiet ikkonċernati biex isolvu l-problemi tad-dinja reali.

Għanijiet tal-Malta Laboratories Network

  • Li jiffoka fuq l-iżvilupp, il-koordinazzjoni u l-armonizzazzjoni tas-servizzi tal-laboratorji f’Malta;
  • Li jindirizza kwistjonijiet strateġiċi ewlenin għan-netwerk, bħat-taħriġ, il-ġestjoni tal-kwalità u s-servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni;
  • It-tisħiħ tal-iżvilupp u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-iskambju ta’ informazzjoni;
  • Li jsir investiment fir-riżorsi tal-laboratorji biex jissaħħu s-sostenibbiltà u l-innovazzjoni;
  • Li jiġi żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tar-riżorsi fin-netwerk kollu.

Il-ftuħ li jmiss:

  • Award fis-Sistemi ta’ Ġestjoni tal-Kwalità
  • Award fil-Proċessi tal-Awditjar
  • Award fil-Ġestjoni tar-Riskju
  • Award għal Distribuzzjoni ta’ Prattiki Tajbin ta’ Apparat Mediku
FacebookTwitter